Żewġ splużjonijiet viċin grawnd tal-futbol fil-qalba tal-ikbar belt Torka, hiġifieri Istanbul, ħallew 29 persuna mejta u 166 persuna oħra midruba.
Dan intqal minn uffiċjali tal-Gvern, li spjegaw li l-isplużjoni kienet ikkawżata minn bomba suwiċida u bomba oħra li tpoġġiet f’karozza. Dawn iż-żewġ bombi kienu mmirati lejn l-uffiċjali tal-Pulizija.
Xhieda li kienu fuq il-post fil-ħin tal-isplużjoni spjegaw li wara dan l-attakk, semgħu ukoll numru ta’ sparar. Dan l-attakk seħħ sagħtejn wara li l-partitarji telqu mill-grawnd ta’ Besiktas, li kienu qed isegwu l-partita tal-ewwel diviżjoni bejn Bursasport u Besiktas.
B’rabta ma dan il-każ, ġew arrestati għaxar persuni.