David Casa iddikjara li wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss irid ikun Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.
Mistoqsi waqt il-programm Distinti jekk jikkunsidrax din il-kariga wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss Casa kien kategoriku u wieġeb “iva”. Casa ilu jixtieq jiġi lura Malta tant li kkontesta l-aħħar elezzjoni ġenerali mingħajr suċċess.
Tul is-snin Casa kważi dejjem kellu impjieg marbut mal-politika u għalhekk biex jiġi lura Malta xi ħaġa hekk trid tkun. Ladarba l-Partit Nazzjonalista mhux fil-gvern ma setax isib ruħu mill-ġdid f’xi ministeru u għalhekk kellu jistenna.
Għalkemm għall-mistoqsija ta’ Jean Claude Micallef kien ċar ħafna. Wara l-elezzjoni li jmiss jikkunsidra bis-serjetà li jikkontesta għall-kariga ta’ Segretarju Ġenerali.