Ferrovija li kienet qed iġġorr il-pitrolju ħarġet mill-binarji u splodiet fil-Bulgarija, b’konsegwenza li hemm mill-inqas sitt persuni tilfu ħajjithom. Aktar minn għoxrin perusna oħra qed jirċievu trattament l-isptar wara li sofrew ħurq u ġrieħi oħra.
L-inċident seħħ f’villaġġ bl-isem ta’ Hitrino, li ġie evakwat sakemm l-awtoritajiet jikkontrollaw in-nirien.
Mill-inqas għoxrin binja sofrew danni kawża tal-isplużjoni.