Rapport tal-Awtorità Maltija tal-Gaming juri kif l-ewwel nofs ta’ din is-sena żdiedu l-ammont ta’persuni li jaħdmu f’dan il-qasam b’31%.
Fl-istess waqt kompla jikber l-interess ta’ kumpaniji Maltin fil-qasam tal-gaming, biex jibdew joperaw minn pajjiżna.
Infatti kumpanija kbira mill-Istati Uniti fil-qasam tal-gaming mistennija tibda tħaddem bażi f’Malta minn kmieni s-sena d-dieħla
Żvela dan ma’ One News mic-Chairman eżekuttiv tal-Malta Gaming Authority Joseph Cuschieri, meta kien qed jikkummenta wkoll fuq ir-rapport dwar ir-riżultati tal-industrija fl-ewwel sitt xhur tas-sena.