Aġenziji Amerikani jemmnu li r-Russja ħadmet minn taħt biex Donald Trump rebaħ l-elezzjoni Presidenzjali. Dan qaluh uffiċjali Amerikani lil ġurnali ewlenin bħall-Washington post u New York Times.
Infatti skont in-New York Times, dawn l-aġenziji tal-intelliġenza jinsabu kunfidenti ħafna li kien hemm l-indħil tar-Russi. Rapport imħejji mis-CIA u rrapportat fil-Washington POst jgħid l-istess.
Ir-reazzjoni ta’ Trump kienet li jgħid li dawn humx l-istess nies li kienu jgħidu li Saddam Hussein kellu għodda tal-qerda tal-massa. Ir-Russi ċaħdu l-invoviment tagħhom kompletament.
Ilbieraħ il-President Amerikan Barack Obama ordna investigazzjoni dwar serje ta’ attakki cyber waqt il-kampanja elettorali, li kienu immirati lejn il-Partit Demokratiku.