Minkejja li pajjiżna ilu aktar minn għaxar snin membru tal-Unjoni Ewropea , il-poplu għadu mhux konxju biżżejjed ta’ dak li jsir fl-Unjoni Ewropea u d-deċiżjonijiet li jittieħdu fuq livell Ewropew u li jaffettwaw lil Malta.
Għaldaqstant l-kap tad-delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant nieda newsletter diġitali. L-għan ser ikun li jwassal lil poplu informazzjoni dwar dak li jiġri fl-Ewropa, għaliex eventwalment dan jaffetwahom.
In-newsletter diġitali se toħroġ kull ħmistax, nhar ta’ Ħamis, u se tkun online fuq is-sit www.alfredsant.eu.