Il-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz inidirizza konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja flimkien mall-Prim Ministru Joseph Muscat, hekk kif Shulz jinsab pajjiżna qabel tmiem il-mandat tiegħu nhar l-ewwel ta’ Jannar.
Schulz tkellem dwar l-immigrazzjoni bħala sfida ewlenija li għandu pajjiżna, fejn saħaq li huwa għalhekk li pajjiża se jkun motivat aktar biex jersaq lejn soluzzjoni. Sfida oħra li semma Schulz hija l-bidu tad-dħul fis-seħħ ta’ Artiklu 50, li għandu jara lir-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea, wara referendum li wera x-xewqa tal-poplu Ingliż.
Schulz staqsa x’inhu l-establishment. Qal li jinsab kburi li huwa parti minn istituzzjoni li stabilizzat il-kunċetti ta’ demokrazija u dinjità, u ħadmet fil-ġlieda kontra t-terroriżmu.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li huwa importanti li l-ftehim li jsir dwar il-ħruġ tar-Renju Unit ikun inferjuri għal dak ta’ sħubija sħiħa mal-Unjoni Ewropea. Muscat tkellem ukoll dwar il-kunċett ta’ establishment u esprima x-xewqa tal-pajjiż li jmur lil hinn mill-istatus quo u jara li ssir bidla għall-aħjar, l-istess bħala ma’ ġara fil-każ fejn f’pajjiżna saret illegali t-terapija biex dak li jkun ipprova jbiddel is-sesswalità ta’ bniedem ieħor.
Kemm Schulz u kemm il-Prim Ministru indirizzaw id-domandi tal-ġurnalisti wara l-indirizz konġunt