Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg, ingħata aħbar tajba, hekk kif wara li kien għamel intervent mediku, t-tabib qallu li mhux se jkun hemm bżonn li jagħmel intervent mediku ieħor biex itejjeb il-moviment tas-sieq.
Ian Borg qal dan fuq is-sit soċjali facebook, biex iserraħ l-imħuħ ta’ dawk li kienu jafu li se jkun qed jgħaddi minn intervent ieħor. Ħafna kienu skoprew li Borg kellu jagħmel intervent minn fuq is-sit soċjali Facebook. Ngħiduha kif inhi, illum ftit li xejn tista’ żżomm sigrieti. Speċjalment meta tkun politiku żagħżugħ tbiegħ is-saħħa u magħruf għal kemm tistinka.
Is-Segretarju Parlamentari kien stqarr ma’ ONE.COM.MT li jkun hemm mumenti ta’ eżitazzjoni, għaliex l-effetti fuq il-kumplament tas-sieq setgħu kienu kumplikati. Iżda l-fatt li ntebaħ kmieni kienet kruċjali. Minn hawn induna wkoll kemm huwa essenzjali li wieħed jieħu ħsieb saħħtu u jagħmel ‘check-ups’ b’mod frekwenti.