Ajruplan tal-linja tal-ajru Internazzjonali tal-Pakistan b’aktar minn 40 passiġġier abbord waqa’ fit-Tramuntana tal-pajjiż.
It-titjira PK-661 tilfet il-kuntatt minn mat-Torri tal-Kontroll għall-ħabta tan-12.30, hekk kif kien fi triqtu minn Chitral għal Islamabad.
Il-linja tal-ajru Pakistana kienet diġa’ ġiet akkużata b’nuqqas ta’ sigurtá hekk kif fl-2006, mietu 44 passiġġier.