Bil-kelma “pu*ta” ripetuta għal darba wara l-oħra raġel fil-kustodja tal-pulizija, fil-lock up tal-għassa ta’ San Ġiljan, provoka mhux ftit lill-pulizija li kienu qed iwettqu x-xogħol tagħhom.
Ir-raġel, Libjan, kien arrestat wara argument bejnu u grupp ta’ persuni Somali. Fuq il-Libjan instabet ukoll sikkina.
Fil-filmat imxandar fuq inewsmalta ir-raġel jinstema’ jipprovoka l-pulizija kontinwament u l-Ispettur Sandro Camilleri kien ikkwotat jgħid li l-Libjan ħebb ukoll għal pulizija li kien qed jakkumpanjah l-isptar biex ikun imdewwi mill-argument li kellu mas-Somali.