L-MFRA ikkundannat minghajr ebda riservi l-kliem dispreġjattiv u oxxen li erba’ persuni kellhom fil-konfront tar-referee Malcolm Spiteri.
Saħansirta fuq Facebook semmiet dawn il-persuni, li huma l-finance manager tat-tim tal-Mosta, il-kit manager, uffiċjal tal-klabb u eks player u supporter.
Fuq Facebook, l-MFRA qalet:
“Jidher biċ-ċar li dawn l-individwi jafu b’mod speċifiku li omm ir-referee Malcolm Spiteri ħallietna għal ħajja aħjar, tant hu hekk, li saħansitra jafu li jisimha Mary. Il-kliem tagħhom huwa kliem skifuz, viljakk, aħdar u moqziez.
Il-Malta Football Referees Association titlob lill-partijiet kollha kkonċernati, b’mod prinċipali lill-Mosta FC u lill-MFA, sabiex tittiehed azzjoni b’mod immedjat. Wasal il-mument li mmorru mill-paroli għall-fatti. Jekk ma’ tittiehidx l-imsemmija azzjoni, allura jkun ifisser li Mosta FC u l-MFA huma kompliċi wkoll ta’ din l-attitudni kundannabbli mingħajr riservi (konvinti li mhuwiex il-kaz).
L-MFRA ħadet nota ta’ dak kollu li ntqal u qiegħda tevalwa l-possibilta’ li tieħu azzjonijiet li jirriġwardaw b’mod speċifiku dan il-klabb partikolari, speċjalment jekk mhux se tiġi meħuda azzjoni mmedjata mil-partijiet kollha kkonċernati msemmija.
Nisperaw li dan l-attakk orkestrat u maħdum sabiex ikisser bniedem, ma’ jerġax jirrepeti ruhu qatt u qatt ma’ l-ebda ndividwi.
Nies bħal Adrian, Robert, Owen u Bryan ma’ hemmx posthom fis-soċjetà Maltija, dment ma’ jibdlux din l-attitudni ta’ kattiverja u ħdura li jidher li tirrenja ġo fihom.”