Żagħżugħ weħel sentenza sospiża u multa ta’ ħamsin ewro wara li ammetta li seraq u uża vjolenza f’residenza privata.
Quddiem il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera instema’ li ż-żagħżugħ wettaq is-serqa fuq struzzjonijiet li kellu m’għand ħaddieħor.
Il-Qorti ikkunsidrat li ż-żagħżugħ qed jintrabat li se jgħin lill-pulizija biex tinkixef il-persuna li kienet il-moħħ ewlieni wara din is-serqa.
Kien għalhekk li isem iż-żagħżugħ ma setax jixxandar u minflok ġiet ordnata sentenza ta’ ħabs effettiv, ingħata ħmistax-il xahar ħabs sospiżi għal tlett snin.