Il-bżonnijiet tas-sewwieqa tal-muturi ġew diskussa f’laqgħa li saret mis-Segretarju Parlamentari Stephan Buontempo flimkien mal-LESA, li għaliha attendew għexieren ta’ sewwieqa tal-muturi bl-għan li jsemmgħu leħinhom.
F’din il-laqgħa, ġie diskuss kif il-Gvern, il-LESA u s-sewwieqa tal-muturi jistgħu jikkoperaw aktar bl-għan li titjieb is-sigurtá għas-sewwieqa tal-muturi fil-lokalitajiet ta’ madwar Malta u Għawdex filwaqt li jiġu rispettati aktar il-liġijiet tat-traffiku.
Is-Segretarju Parlamentari, Stephan Buontempo, stqarr li s-suġġerimenti se jkunu qed jgħinu biex tittieħed azzjoni li tkun fl-interess ta’ kulħadd.
Dan fid-dawl li fl-aħħar jiem, diskussjoni ma taqta’ xejn kienet dwar in-numru ta’ inċidenti, b’numru minnhom fatali, li kienu jinvolvu l-muturi.