John Key ħabbar li se jirriżenja minn Prim Ministru ta’ New Zealand wara tmien snin fil-kariga, minħabba raġunijiet familjari filwaqt li tenna li għaxar snin fit-tmexxija huma żżejjed.
Fid-diskors tiegħu, Key fisser li din kienet l-aktar deċiżjoni diffiċli li kellhu jieħu u li għad m’għandux ħsieb jew pjan ta’ dak li se jkun qed jagħmel fil-futur. Huwa kien mexxej popolari, u ċaħad kategorikament ir-rapporti tal-midja, li qalu li kienet il-mara tiegħu li ġiegħlitu jieħu din id-deċiżjoni.
Id-Deputat Prim Ministru Bill English mistenni jieħu f’idejh it-tmexxija sakemm il-Partit Nazzjonali jagħżel mexxej ġdid.