Tifel tagħha ta’ 7 snin qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffika fi Triq Anzac, Pembroka fis-07.50.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-omm ta’ 32 sena, kienet qed issuq vettura tat-tip Mazda Demio, għal xi raġuni tilfet il-kontrol u baqgħet dieħla ġo vettura tal-għamla BMW, li kienet ipparkjata fl-imsemmija triq.
Flimkien mal-mara, kien hemm passiġġieri fil-karozza, żewġt itfal ta’ 7 u 9 snin rispettivament li lkoll ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura medika. B’xorti tajba it-tifel ta’ 9 snin u l-omm qed isofru minn ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.