Għadd ta’ familjari tal-vittmi tat-titjira ta’ Malaysia Airlines MH370 se jieħdu r-riedni f’ idhom wara kważi tlett snin u jmorru Madagascar biex jagħmlu pressjoni fuq l-awtoritajiet biex tikber u tinfirex it-tfittxija tal-fdalijiet tal-ajruplan li għadhom ma nstabux.
Qabel ma’ telqu għal Madagascar, il-familjari stqarru mal-mezzi tax-xandir li jekk hemm bżonn se jfittxu huma stess.
Il-ftit fdalijiet li nstabu u li huwa maħsub li kienu tal-ajruplan kienu fil-Lvant tal-Afrika.
L-ajruplan sparixxa waqt titjira bejn Kuala Lumpur u Beijing f’ Marzu tal-2014 b’ mitejn, disgħa u tletin persuna abbord.