Dalgħodu l-Ministru għall-Affarijiet Barranin George W. Vella daħal l-Isptar Mater Dei għal operazzjoni biex tneħħielu katarrett minn għajnu x-xellugija. L-operazzjoni saret mill-kirurgu tal-għajnejn Franco Mercieca.
Wara dan l-intervent, il-Ministru Vella mar id-dar u se jkompli għaddej bir-rutina tax-xogħol tiegħu bħal qabel.