Għawwiema kuraġġużi għażlu li dalgħodu jisfidaw l-ilmijiet kiesħa tal-port ta’Marsamxett jew tal-pixxina, tal-lukanda Excelsior.
Għal ħames sena konsekkuttiva, l-istaff, flimkien ma numru’ nies oħra tal-lukanda Grand Hotel Excelsior organizzaw din l-għawma bl-għan li jinġabru l-flus għall-Istrina.
Kull parteċipant kien mitlub iħallas €10, donazzjoni li se tmur għal Malta Community Chest Fund.Il-parteċipanti se jingħataw barnuża tal-milied flimkien ma’ ċertifikat ta’ parteċipazzjoni.
Il-banda tal-Pulizija kienet preżenti ukoll bl-għan li tħeġġeġ aktar nies jipparteċipaw u tferraħ lil dawk preżenti.