Żewġ irġiel minn Ħal-Qormi inżammu arrestati wara li tressqu l-qorti akkużati b’żewġ serqiet vjolenti minn handbags fuq anzjani. Saħansitra anzjana sofriet ġrieħi gravi.
Jirriżulta li l-akkuża hi li Tristan Falzon, ta’ 34 sena, seraq mobile mill-handbag tal-anzjana, u wara li wettaq is-serqa daħħal f’karozza misjuqa minn terza persuna.
Roderick Stanyer kien akkużat li weġġa’ b’mod gravi lill-anzjana ta’ 63 sena, u kkawża danni fiżiċi kif ukoll mentali fuq l-anzjana.
Il-Qorti ma laqgħetx it-talba ta’ ħelsien mill-arrest minħabba l-gravita tal-każ u l-possibiltà ta’ kontaminazzjoni fl-evidenza, għaldaqstant iż-żewġ irġiel inżammu arrestati.