Ben Carter hu tifel ta’ 14-il sena li għandu l-awtiżmu u jgħix f’Devon, fir-Renju Unit. Minn meta kellu sentejn, Ben, dejjem xorob minn tazza partikolari li tissejjaħ “Tommee Tippee Sippy Cup”, li issa sfortunatament iż-żmien kien jidher fuqha.
Sfortunatament il-kumpanija kienet waqfet timmanifattura din it-tip ta’ tazza ftit tas-snin ilu, iżda grazzi għal kampanja li nħolqot onlajn minn missier Ben, Tommy Tippee ddeċidiet li mhux talli tagħmel waħda iżda għamlet ħames mitt tazza għat-tifel tiegħu.
Ftit tal-ġimgħat ilu Ben poġġa ritratt fuq l-internet fejn ġibed għajn in-nies u ġie “tweeted” fuq Twitter aktar minn 19-il elf darba.
Il-kumpanija li timmanifatturhom sabet il-kampanja onlajn u minn hemm bdiet tfittex fabbrika li lesta tagħmel din it-tip ta’ tazza bl-istess materjal. Wara tfittxija intensiva irnexxilhom isibu fabbrika u ħadu d-deċiżjoni li lil Ben joħolqulu biżżejjed tazzi biex iservuh għal dejjem.