L-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika ħarġet informazzjoni dwar ħaddiema li kienu jaħdmu bix-xift fl-2015. Fosthom irriżulta li:
- Wieħed minn kull ħames ħaddiema kienu jaħdmu bix-xift.
- Tnejn minn kull tliet ħaddiema bix-xift kienu rġiel.
- Aktar minn nofs il-ħaddiema bix-xift kienu jaħdmu fl-amministrazzjoni pubblika, fid-difiża, l-edukazzjoni, il-qasam tas-saħħa u l-ħidma soċjali. Ix-xiftijiet kienu komuni wkoll fil-qasam tal-bejgħ bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u l-attivitajiet relatati mal-ikel.
- Madwar 30% tal-ħaddiema bix-xift kienu jagħtu servizz jew ibiegħu.
- Il-maġġoranza ta’ dawk jaħdmu bix-xift kienu ħaddiema impjegati b’mod permanenti full-time.
- Is-sigħat medji maħduma minn ħaddiema bix-xift ammontaw għal 42.5 kul ġimgħa fost il-fulltimers. Parttimers jaħdmu bix-xift għamlu medja ta’ 24.4 siegħa.
- Ħaddiema bix-xift kienu ħafna aktar lesti li jaħdmu sigħat żejda meta mħabbla ma’ dawk li ma’ jaħdmux bix-xift (14.2% u 10.4% rispettivament).
- L-irġiel aktar kellhom tendenza jaħdmu sigħat mhux tas-soltu, bħal fi tmiem-il ġimgħa u bejn it-20:00 u l-05:00.
- Malta kellha t-tieli l-ogħla ammont ta’ persuni jaħdmu billejl madwar l-Unjoni Ewropea – l-aktar minħabba l-ammont kbir ta’ persuni jaħdmu fil-qasam tas-saħħa.