Għal Jason Azzopardi, meta Membru Parlamentari isejjaħ ruling tal-Ispeaker fil-Kamra tar-Rappreżentanti u juża proċeduri ta’ ksur ta’ privileġġ, ikun qed “juża l-Parlament bħala kangaroo court“.
Dan kitbu fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, wara li l-ispeaker Anġlu Farrugia ta raġun lill-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici li qajjem ksur ta’ privileġġ fil-konfront ta’ Azzopardi.
Azzopardi qal li l-Ministru Owen Bonnici gideb meta xehed quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi dwar il-kuntratt bejn il-Gvern u Henley & Partners b’rabta mal-iskema ta’ ċittadinanza b’investiment.
Kumment li oġġezzjona għalih bil-qawwi l-Ministru Bonnici, tant li f’ruling studjat l-ispeaker Farrugia qal li mix-xhieda li ra ma rriżultax li Bonnici gideb quddiem il-kumitat tal-kamra tar-rappreżentanti.
Iżda każ li ta’ min ifakkar li l-istess proċeduri “kangaroo” kien applikahom Azzopardi stess. Meta kien hu stess parti mill-Kabinett, kien talab Ksur ta’ Privileġġ. Każ li niftakruh – għaliex qajmu propju kontra l-One.