Sitt diretturi ta’ Palumbo Malta Shipyard Ltd ġew akkużati bil-qtil involontarju ta’ għaddas li kien qed iwettaq xogħol fit-Tarzna.
Id-diretturi Antonio, Giuseppe u Raffaele Palumbo flimkien ma’ Giorgio Filippi kienu akkużati flimkien mal-Maltin Joseph Calleja minn Santa Venera u Mark Grech minn Ħaż-Żabbar. Huma ssejħu l-Qorti iżda mhux taħt arrest, quddiem il-Maġistrat Josett Demicoli.
Patrick Joseph Vella miż-Żejtun kien missier ta’ tliet ulied u tilef ħajtu fi Frar 2015. Huwa kien qed jagħmel xogħol apparat taħt l-ilma, liema apparat jintuża biex titbattal it-Tarzna. Vella kien għaddas ta’ esperjenza u marine bioloġist. Tilef ħajtu meta inġibed fil-gate valve ta’ Dock numru erbgħa, meta dan infetaħ allajrieda.