L-atmosfera tal-Milied fil-Belt Valletta kompliet tiżdied hekk kif intxtegħlet is-siġra tal-milied fid-daħla tal-Belt, magħmula minn 2000 boċċa tal-ħġieġ. Din is-siġra hija twila seba’ metri u wiesa tliet metri u nofs.
Din hija t-tieni darba, li din is-siġra qed iddawwal quddiem il-Parlament u li qed tikkumplimenta t-tiżjin fit-toroq Beltin.
Kien iċ-chairman tal-Valletta 2018 (V18), Jason Micallef li xegħel din is-siġra fl-aħħar siegħa. Micallef qal li ċ-ċelebrazzjonijiet ta’ din is-sena jaslu f’mument speċjali hekk kif Malta se jkollha l-Presidenza tal-Kunsill fil-bidu tas-sena d-dieħla. Huwa spjega li din is-siġra tikkumplimenta l-aspett kontemporanju tal-Belt Valletta.
Kienet l-Imdina Glass li ħadmet din is-siġra tal-Milied imlewna magħmula mill-ħġieġ.