Il-Kunsill Malti għall-Arti ħabbar li fetħu l-applikazzjonijiet għall-Kompetizzjoni Nazzjonali tal-Presepji tal-Milied. Il-kompetizzjoni ser tkun imqassma f’sitt kategoriji: presepji mekkaniċi kbar kif ukoll presepji statiċi kbar, bibliċi kif ukoll stil ieħor, mezzana u żgħar, kif ukoll presepji oriġinali.
Dawn il-presepji se nkunu miftuħin għall-pubbliku bejn is-16 ta’Diċembru u l-1 ta’ Jannar 2017. Il-presepji rebbieħa se jingħataw premju finanzjarju.
Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet hija fil-11.00am tat-Tnejn 12 ta’ Diċembru 2016.
Ir-regolamenti flimkien mal-applikazzjoni jistgħu jinġabru mill-uffiċċju tal-Kunsill Malti għall-Arti, matul il-ħinijiet tal-uffiċċju. Wieħed jista’ wkoll jikseb din l-informazzjoni billi jżur is-sit elettroniku http://artscouncilmalta.org/news/national-cribs-competition-2016.