Żewġ ġuvintur kienu mmultati €3,000 kull wieħed wara kummenti razzisti fuq paġna pubblika fuq Facebook bl-isem ta’ Daqshekk għall-Immigrazzjoni Llegali f’Malta.
Fil-Qorti ntqal kif Christopher Pisani u Eric Cuschieri kkumentaw b’mod mhux xieraq taħt ritratt ta’ persuna ta’ karnaġġjon skur fl-isptar Mater Dei. Hawnhekk iż-żewġ Maltin ikkumentaw ‘aħarquh’ u ‘se npoġġilu spirtu fid-drip’ taħt ir-ritratt fost kummenti ta’ persuni oħra.
Intqal ukoll li kien hemm kummenti xejn xierqa mingħand persuni oħra iżda mhux magħruf jekk dawn tressqux il-Qorti jew le. Fil-każ ta’ dawn iż-żewġt irġiel wara li l-pulizija rċievet ritratti tal-kummenti mingħand persuna oħra.
Cuschieri u Pisani ammettaw dan kollu u ġew immultati tlett elef ewro kull wieħed, iżda qalu li se jappellaw għaliha.