Illum Anzac Day – jum li jimmarka l-anniversarju tal-ewwel azzjoni militari ewlenija miġġielda mill-forzi Awstraljani u dawk ta’ New Zealand fl-ewwel gwerra dinjija.
Kien fl-1915 li l-Awstraljani u l-forzi ta’ New Zealand provaw jieħdu f’idhom il-penisula Gallipoli – bl-għan aħħari kien li jaħkmu Kostantinopli, dik li llum hija Istanbul fit-Turkija. Din kienet il-kapitali tal-Imperu Ottoman.
Iżda l-Awstraljani u l-forzi ta’ New Zealand sabu reżistenza qawwija minn-naħa Torka.
Spiċċat battalja li damet tmien xhur. Minkejja n-nuqqas ta’ suċċess mill-aspett militari, inħoloq il-kunċett Anzac, b’għaqda bejn forzi Awstraljani u ta’ New Zealand…kunċett li sar parti mportanti mill-identita taż-zewġ popli.
Il-forzi militari li tilfu hajjithom fil-battalja jinsabu midfuna mhux biss f’Gallipoli, izda f’Malta wkoll.
Dak iz-zmien Malta kienet kolonnja tal-Ingilterra. Mijjiet ta’ Maltin għenu fil-battalja biex tittieħed Gallipoli. Ħafna forzi midruba jew morda kienu ngiebu Malta.
“L-infermiera tal-Mediterran” – hekk kienet deskritta Malta f’ċerimonja fiċ-ċimiterju militari f’Tal-Pieta’. Tqiegħdu fjuri li fakkru lil dawk li tiflu ħajjithom f’isem pajjizhom. Ħarsa biss lejn l-oqbra torik li hafna bilkemm kienu ghalqu l-hamsa u ghoxrin sena.
Waqt id-diversi diskorsi, li saru fil-prezenza tal-President ta’ Malta, bosta ambaxxaturi, Maltin u barranin li b’xi mod jigu minn dawk li ssieltu fil-battalja, spikkat il-frazi ‘lest we forget’: is-suldati mhumiex se jintesew, għaliex jibqaw ħajjin fil-memorja tagħna.
Mill-131,000 suldat li tilef ħajtu fil-kampanja Gallipoli, 25,000 kienu Brittanniċi. Illum isiru ċerimonji kbar fl-Awstralja, it-Turkija u New Zealand.