It-tim tal-futbol Brażiljan, Chapecoense, li kien abbord ajruplan li waqa’ wara li telaq minn Bolivia kienu mistennija jilgħabu f’partita mistennija fil-finali tat-tazza Sudamericana kontra t-tim ta’ Atletico Nacional.
Iżda dak li kellu jkun mument ta’ sodisfazzjoni, wara li rnexxilhom jaslu sa din il-partita ntemm ħesrem hekk kif dan l-inċident qatel madwar 76 persuna minn 81 passiġġier li kienu abbord.
Kienu biss ħamest ijiem ilu li tpoġġa filmat onlajn tagħhom jidħku u jifirħu għar-riżultat li wassalhom għall-finali tat-tazza Sudamericana. Iżda Il-passaport li kellhu jwassalhom għal esperjenza ġdida u mument tant mistenni minn dawn il-plejers, spiċċa f’passaport għall-mewt.
Fuq il-midja soċjali tpoġġew ukoll ritratti u filmati tal-plejers qabel it-tluq tagħhom mill-ajruport.
Mill-ewwel rapporti jirriżulta li l-ajruplan iġġarraf wara problemi tekniċi.