L-ammont ta’ persuni li qadu f’lukandi jew akkomodazzjonijiet simili f’Settembru żdied b’0.4%. L-ammont ta’ ljieli mqatta’ naqas b’2.7% meta mqabbel ma’ Settembru 2015.
F’Settembru, in-numru ta’ turisti li għażlu akkomodazzjoni f’Malta kien ta’ 157,416 li jfisser total ta’ 889,457 lejl. Total ta’ 424,914 turist għażel lukanda ta’ erba’ stillel.
Il-medja ta’ iljieli li qattgħu dawn it-turisti f’pajjiżna kien ta’ 5.7 lejl.
Statistika ppublikata mill-NSO turi wkoll li t-turisti li għażlu Għawdex u Kemmuna żdiedu b’4.2%.