François Fillon se jkun il-kandidat konservattiv fl-elezzjoni Presidenzjali tas-sena d-dieħla fi Franza.
Dan wara li r-rivali tiegħu Alain Juppe ammetta t-telfa – bir-riżultati kollha jkunu magħduda, Fillon rebaħ it-telliqa bi kważi sebgħa u sittin fil-mija tal-voti.
Huwa wiegħed li jibni soċjetà iżjed ġusta, u qal li Franza trid il-verità u l-azzjoni.
Fillon mistenni jaffaċċja kandidat soċjalista u lill-mexxejja tal-lemin estrem fl-elezzjoni t’April li ġej.