Il-President elett tal-Istati Uniti, Donald Trump, sostna li rebaħ il-vot popolari fl-elezzjonijiet tat-8 ta’ Novembru li għadda, wara li allega li kienu miljuni dawk li vvutaw illegalment.
Ir-Repubblikan, li rebaħ l-aktar vot importanti tal-kulleġġ elettorali, ma ssostanzja bl-ebda mod din l-allegazzjoni, li għamilha wara li l-kamp ta’ Hillary Clinton appoġġja t-talba li saret minn kandidata tal-partit tal-ħodor għall-għadd tal-voti mill-ġdid f’Wisconsin.
Hillary Clinton rebħet il-vot popolari b’madwar żewġ miljun vot, madanakollu Donald Trump qabeż il-mitejn u sebgħin vot elettorali meħtieġ biex rebaħ il-Presidenza.