Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela qal li fl-Open Centre tal-Marsa hemm 116 il-resident li huma kollha rġiel.
Dan meta wieġeb għal mistoqsija ta’ Claudio Grech dwar kemm hemm Third Country Nationals fiċ-Ċentru Miftuħ.
F’Ottubru 2015, il-kuntratt mal-organizazzjoni non-governattiva li kienet topera fiċ-Ċentru Miftuħ intemm u t-tmexxija bdiet issir mill-AWAS. Minn meta daħal fis-seħħ dan il-ftehim, il-kundizzjonijiet f’dan iċ-ċentru tjiebu. Fosthom dan is-sajf rajna t-tnedija ta’ pitch five-a-side, li sar b’fondi ta’ €41,400 li ngħataw lill-AWAS mill-International Olympic Committee Emergency Fund.
Għalkemm l-ammont ta’ residenti huwa 116, dan iċ-ċentru kapaċi jilqa’ 400 ruh.
Informazzjoni fuq is-sit elettroniku tal-Asylum Information Database tindika kemm kapaċi jilqgħu persuni r-‘reception centres’ hawn Malta.