Bejn it-28 u 29 ta’ Novembru, pajjiżna se jkun hawn yacht racing forum. Forum li qed jittella għall-ewwel darba u li se jkun qed jattira lejn pajjiżna dawk involuti fil-qasam tal-ibburdjar.
L-għan ewlieni hu li jkun hemm diskussjoni bejniethom u li jesponu lil Malta bħala l-post ideali għas-sengħa tal-ibburdjar.
Il-forum se jittella b’inizjattiva ta’ Yachting Malta bil-koperazzjoni ta’ għaqdiet barranin oħra li jaħdmu f’dan il-qasam.
Għadd ta’ barranin u kelliema magħrufa sew f’dan il-qasam se jkunu ukoll f’pajjiżna. Il-forum tnieda mill-Ministru Edward Scicluna li saħaq li dan l-avveniment se jservi biex isaħħaħ dan il-pilastru ekonomiku li għalkemm huwa niċċa żgħira, għandu l-potenzjali li jkompli jikber u għalhekk għandu l-appoġġ tal-Gvern.