Karozza bomba fil-belt kapitali tas-Somalja, Mogadishu, ħalliet minn tal-anqas ħdax –il persuna mejta u sittax oħra midruba.
L-attakk seħħ f’suq biswit Università li fiha dak il-ħin kien hemm il-President tal-pajjiż fuq żjara.
Għalkemm ħadd ma refa’ r-responsabbiltà għal dan l-attakk, is-swaba’ kollha qed jippuntaw lejn l-al-Shabab.