Il-Kummissjoni Elettorali f’Wisconsin fl-Istati Uniti, rċeviet talba biex jerġa’ jsir l-għadd tal-voti f’dan l-istat – liema stat intrebaħ minn Donald Trump bi ftit voti.
It-talba saret mill-kandidata tal-Partit tal-Ħodor, Jill Stein, li trid ukoll li jerġgħu jingħaddu l-voti f’Michigan u f’Pennsylvania.
Li kieku kellhom jerġgħu jingħaddu l-voti f’Wisconson u tirbaħ Hillary Clinton, dan ma jibdilx ir-riżultat finali, għaliex huwa xorta Donald Trump li jkun il-President elett.
Madanakollu kieku kellhom jinstabu żbalji fi stati oħra bħal f’Michigan u f’Pennsylvania, ir-riżultat żgur ikun affetwat.