Din il-ġimgħa fil-Paralment ingħad li s-suq Pollakk huwa suq ieħor li qiegħed jagħti sodisfazzjon lil pajjiżna, b’riżultati tajbin ħafna f’dawn l-aħħar sentejn.
- Fl-2013, kienu żaruna 23,889 turist mill-Polonja
- Fl-2014 dan in-numru tela’ għal 34,723
- Fl-2015 intlaħqet iċ-ċifra ta’ 46,233 ruħ
Meta tqabbel l-ammont ta’ 20,086 viżitatur mill-Polonja illi ġew fl-2012 ma l-2015, l-ammont iktar milli rdoppja. Tabella bil-figuri qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fl-2016, għall-ewwel darba, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu nhediet kampanji ta’ reklamar fil-bliet Pollakki ta’ Varsavja, Poznan, Gdansk, Krakovja u Wroclaw u r-riżultati minn dan il-pajjiż komplew jitjiebu. Fil-fatt, skont l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena ġew pajjiżna 45,898 turist. Dan ifisser li kważi diġa’ lħaqna n-numru totali ta’ Pollakki li żaruna fl-2015 u żieda ta’ 46.5% jew 14,575 turist meta wieħed iqabbel mal-ewwel tmien xhur tas-sena li għaddiet
Il-Minsitru Edward Zammit Lewis qal li dan il-Gvern qed jippjana sabiex fl-2017, tiżdied l-attività ta’ marketing u tinfirex l-attivita’ f’niċeċ li għadhom mhux esplorati m’esplorajniex f’dan is-suq, bħat-turiżmu reliġjuż u tal-konferenzi, kif ukoll tinfirex l-espansjoni f’reġjuni oħra viċin l-ajruporti li minnhom għandna titjiriet diretti lejn pajjiżna.