Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ġie infurmat li fil-lejl bejn l-24 u l-25 ta’ Novembru, ħarab individwu li kien qed jiġi detenut fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi.
Qed issir investigazzjoni mill-Pulizija u nħatret inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Tonio Micallef Trigona.
Fi stqarrija ġie spjegat li se jittieħdu passi dixxiplinarji kontra xi individwi li kienu responsabbli miż-żamma tas-sigurtà fiċ-ċentru ta’ detenzjoni fil-ħin tal-inċident.
Il-Pulizija bħalissa għaddejja bit-tfittxija tagħha għal dan l-individwu.