Nuqqas t’ evidenza suffiċjenti ħelset lil raġel mill-akkużi t’attentat għall-pudur bil-vjolenza.
Ibrahim Nour, tressaq il-qorti mixli li mmasturba fil-pubbliku darbtejn fil-venda tal-Furjana u f’ Pjazza Kastilja l-Belt Valletta fil-jumejn fejn kienu qed isiru ċ-ċelebrazzjonijiet tar-riżultat tal-aħħar elezzjoni ġenerali.
Mara li allegament ratu jagħmel dan fil-Pjazza ta’ Kastilja, meta l-folla kienet miġbura tistenna l-wasla tal-Prim Ministru l-ġdid, rrappurtatu lill-Pulizija. Ommha, li kienet ħdejha, saħqet li ma ratx x’ġara iżda semgħet lil bintha tgħajjar ‘ja raġel ħażin’.
Il-Maġistrat Tonio Micallef Trigona ma sabx lir-raġel ħati għaliex ma kienx hemm bizzejjed xhieda u li x-xhieda li nġabret kienet kunfliġġenti.