Filwaqt li rrevediet ir-rating tagħha tal-BOV, il-Fitch Ratings għażlet li tassenja l-ogħla miż-żewġ livelli fir-rating “BBB”. Tant li r-rapport isostni li “BOV’s short term rating, which has been assigned at the higher of the two options available for banks rated ‘BBB’, continues to reflect its robust funding and liquidity”.
Fi stqarrija l-Gvern osserva li Fitch Ratings innotat li l-assi tal-BOV kibru bi 8% fl-ewwel nofs tas-sena. Barra minn hekk l-esperti ta’ Fitch sostnew li “BOV’s profitability benefits from sound core revenues generated from its commercial business activities, good operating efficiency and contained loan impairment charges”. Dan ifisser li bl-ebda mod l-esperti ta’ Fitch ma huma qed ipoġġu xi dubji fuq l-istabbilita’ tal-Bank jew il-profitabbilita’ tiegħu. Filfatt minkejja li kien downgraded fl-2011, il-BOV f’dawn l-aħħar snin kompla jikber u jaqla aktar.
Min-naħa l-oħra bidliet fil-qafas regolatorju qed iwasslu għal bżonn biex banek importanti bħall-BOV jiġu mitluba li jkollhom kapital ogħla, speċjalment f’forma ta’ ishma ġodda. Dan l-aktar minħabba l-fatt li regoli tal-UE li ddaħħlu fi snin riċenti. Dawn ir-regoli kienu waslu biex sena ilu, Fitch Ratings kienet tat downgrade lil terz tal-Bank Ewropej.
Il-Gvern qal li ta min jinnota li fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena Fitch bidlet ir-rating ta’ 65 bank madwar id-dinja, tant li d-Direttur Maniġerjali ta’ Fitch responsabbli mir-ratings tal-banek kienet qalet lill-Financial Times fi tmiem Awwissu li għadda li dan il-perjodu kien “one of the most volatile six-month periods in recent years”. Dan qed jaffetwa diversi banek kbar.
Il-Fitch innotat li t-tmexxija tal-BOV ser tkun qed tieħu passi biex issaħħaħ il-kapital tagħha u biex tkompli ttejjeb l-operat tal-bank. Fost l-oħrajn ġie innottat li qed titnaqqas il-koncentrazzjoni fix-xiri ta’ bonds tal-Gvern, kif ukoll li qed jitjiebu l-kwalita’ tad-djun mogħtija mill-Bank.
Barra minn hekk ta’ min jinnota li l-mudell addottat mill-Fitch fir-rating tal-banek kummerċjali jiddependi ħafna fuq ir-rating tal-Gvern. Fil-kaz ta’ Malta, Fitch Ratings qed tkompli tirrevedi ‘l fuq t-tbassir tagħha. Dan għandu jkun ta’ sostenn għall-futur tar-rating tal-BOV.