Fl-2015 kienu rrappurtatai 17,138 offiża. 12% minnhom huma relatati mal-pickpocketing, li ammontaw għal 2,030 każ.
Dan ifisser żieda ta’ kważi 500 każ ta’ pickpocketing mis-sena ta’ qabel, li baqa’ konsistenti huwa li dawk li jikkommettu dan ir-reat huma fil-maġġoranza tagħhom ta’ nazzjonalità barranija.
Dan ħareġ minn rapport tal-Professur Saviour Formosa li wera kif minkejja li l-pickpocketing żdied, serq ieħor, bħal dak fid-djar naqas b’24% mill-2014.
Ir-rapport jinnota li reat ieħor li qed jiżdied fil-popolarità huwa l-vjolenza domestika li jammonta għal 7% tal-offiżi kollha. B’kollox kienu rrappurtati iktar minn 2,200 każ ta’ vjolenza domestika, maqsuma kważi nofs bin-nofs bejn dik fiżika u vjolenza psikoloġika.