Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ma jafx kemm hemm negozji li se jibbenefikaw mit-tnaqqis tal-income tax li ppropona l-Partit Nazzjonalista stess. F’xi mumenti jgħid kulħadd, iżda mitlub id-dettalji jinfixel. Waqt żjara li għamel il-Ħamis filgħodu f’numru ta’ ħwienet f’Ħ’Attard, staqsejna lil Simon Busuttil kemm negozji se jibbenefikaw minn din il-wegħda. Iżda ma kienx kapaċi jwieġeb.
Mistoqsi jekk hux se jkun hemm min se jkun eskluż ma’ kienx ċar lanqas. Fid-dawl li minn meta Simon Busuttil ħareġ b’din il-wiegħda ma waqafx jitkellem fuqha, tlabnih iktar dettalji. Iżda, mingħandu ma waslux.
Minn nhar il-Ħadd, din kienet l-ewwel opportunita li nistaqsu lil Busuttil dwar is-suġġett. Iżda, għal mistoqsija sempliċi ta’ kemm se jibbenefikaw ma ħadna ebda tweġiba. Bħal donnu l-Kap tal-Oppożizzjoni ma jafx xippropona hu stess.
https://www.youtube.com/watch?v=cs93o1V5NUM