Ilbieraħ, għall-ħabta tas-sitta seħħ inċident stradali fi Triq Ħal Luqa, Ħal Qormi.
Hemm seħħ impatt bejn mutur tal-għamla Honda, misjuq minn ġuvni ta’ 22 sena, residenti l-Imġarr u karozza tat-tip Skoda, misjuqa minn ġuvni ta’ 24 sena, residenti l-Qrendi.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura medika. Aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.