Min staqsa, min iċċara punti, min ried għajnuna ftit aktar personalizzata, u min dejjem iħobb ikun informat.
Fiċ-Ċentru Ċiviku tal-Mosta s-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana nediet sensiela ta’ laqgħat ta’ informazzjoni dwar il-miżuri tal-baġit għall-2017.
Il-baġit ta’ kull sena huwa parti minn pjan t-tul biex il-pajjiż jissaħħaħ u jkabbar il-ġid u biex il-Maltin u l-Għawdxin jieħdu s-sehem li jixirqilhom biex jimxu ‘l quddiem. Kien baġit li ħaseb iktar li jqassam il-ġid lil dawk fostna li l-aktar jistħoqqil- hom appoġġ u dan bi prominenza għall-anzjani u l-persuni b’diżabilità.
Huwa għalhekk li qed isiru dawn il-laqgħat f’lokalitajiet differenti biex jingħata tagħrif dwar l-miżuri li joħorġu mill-baġit tas-sena d-dieħla. Mill-informazzjoni u spjegazzjoni li tinghata l-pubbliku jkun jista’ jara kull miżura xi tfisser u kif persuna tista’ tikkwalifika għaliha. “Hemm kategoriji diversi ta’ eluf ta’ persuni li żgur se jibbenefikaw minn żidiet, tnaqqis fit-taxxa, benefċċji u inizzjattivi ġodda li dwarhom huwa tajjeb li kull persuna tkun taf kif se tibbenefika hi,” qalet Dr Justyne Caruana.
Dawn il-laqgħat qed jiġu ndirizzati mir-rappreżentanti ta’ diversi dipertimenti li joperaw fil-qasam tal-anzjani u persuni b’diżabilità li se jkunu wkoll disponibbli biex jagħtu kull informazzjoni relatata mas-settur u servizzi li jipprovdu
Il-laqgħat l-oħra se jsiru:
Kunsill Lokali Paola – 16 ta’ Jannar 2017 mill-10.00a.m sa nofsinhar
Kunsill Lokali Qormi – 25 ta’ Jannar 2017 mill-10.00a.m sa nofsinhar
Ċentru ta’ Maltul il-Jum Birkirkara – 30 ta’ Jannar 2017 mill-10.00a.m sa nofsinhar
Ċentru tal-Anzjanità Attiva Xewkija – 26 ta’ Novembru 2016 mid-9.30a.m sal-11.30am
Kunsill Lokali tal-Għarb – 10 ta’ Dicembru 2016 mid-9.30a.m sal-11.30am