Tnieda charter ġdid għall-pazjenti, bil-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne jħabbar li l-pazjent mhux se jistenna iktar minn tnax-il ġimgħa għall-interventi mediċi urġenti. Każ urġenti huwa meta l-kundizzjoni tista tiddeterjora sal-punt fejn tkun perikoluża.
B’kollox ic-charter jindirizza tmien dritt tal-pazjenti li huma; protezzjoni tas-Saħħa, Aċċess għas-servizzi tas-saħħa, Informazzjoni utli, parteċipazzjoni u kunsens infurmat, privatezza, kura sikura, u li jgħaddi l-ilmenti tiegħu.
Dwar dan, fuq il-programm Pjazza, spjega d-Direttur Ġenerali dwar is-servizzi tas-saħħa, il-Kirurgu Clarence Pace.