Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ppreżenta fil-Parlament l-Avviż Legali li jidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2017, u se jwassal għall-projbizzjoni ta’ tipjip f’karozzi privati li fihom ikun hemm ukoll tfal taħt is-16-il sena.
Dan l-Avviż Legali se jkun qed jemenda l-Att dwar il-Kontroll tat-Tipjip tat-Tabakk (Kap 315). Minn wara l-1 ta’ Jannar jinqabad ipejjep f’karozza privata li fiha jkun hemm il-minuri, li għal dan il-Att huma tfal taħt is-16-il sena, se jeħel multa ta’ €50.
Permezz ta’ din il-liġi pajjiżna se jkun is-sitt pajjiż fl-Unjoni Ewropea li jdaħħal dawn ir-regolamenti.
Il-Ministeru għas-saħħa spjega li diversi mard u kundizzjonijiet fit-tfal għandhom inċidenza akbar fit-tfal li jgħixu f’ambjent fejn hemm is-sigaretti.
Fost dawn il-kundizzjonijiet hemm l-ażma, l-infezzjonijiet fil-widnejn, kif ukoll każi ta’ cot death u kanċer fit-tfal. Huwa għalhekk li din il-liġi mħabbra fil-budget bil-għan li tipproteġi sabet appoġġ sħiħ fis-soċjetà Maltija.