Meta ma’ kull jum li jgħaddi l-Kap tal-Oppożizzjoni qed ikompli juri kemm huwa kontra l-investiment sempliċiment għax ma jiflaħx jara aktar ġid lejn pajjiżna, għal darba oħra reġa’ mar żmerċ bi tbassir ieħor bħal ma ġara fil-każ tal-bail-out u l-qgħad, meta d-De La Rue mhux talli mhux se tkeċċi l-ħaddiema, talli kkonfermat li se tkabbar l-operat tagħha permezz ta’ Ċentru ta’ Eċċellenza.
Fi stqarrija l-Partit Laburista spjega li f’Malta għandna fost l-ikbar żewġ ġganti fil-qasam tal-istampar tal-karti tal-flus u passaporti fid-dinja, wara l-investiment ġdid mill-Istati Uniti permezz ta’ Crane currency.
Dan il-Gvern mhux biss qed jaħdem sabiex ikunu attirati investimenti ġodda lejn pajjiżna, iżda qed jagħmel dak kollu possibli biex jikkonsolida dak li diġa’ hawn f’pajjiżna.
Il-Partit Laburista qal li Gvern Laburista flok jagħmel l-imħatri u jifraħ li se jitlaq l-investiment, jaħdem biex iġib aktar xogħol u aktar ġid lejn pajjiżna. Filwaqt li l-bitterness ta’ Simon Busuttil mess verament il-qiegħ u huwa għalhekk li l-poplu ma jridx li jreġġa’ l-arloġġ lura.
Dan il-Gvern se jibqa’ jkun pro-business biex it-tkabbir ekonomiku bla preċedent li qed jesperjenza u li qed iservi ta’ eżempju għall-pajjiżi oħra, jġib ir-riżultati.
Aqra aktar: Id-De La Rue se jżommu kollox hawn minflok inaqqsu se jżidu l-ħaddiema