Mara ta’ 43 sena tinsab f’qagħda kritika wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Pwales f’San Pawl il-Baħar kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-3 a.m.
Mill-ewwel stħarriġ jidher li l-mara kienet qed issuq vettura tat-tip Chevrolet Aveo li kellha impatt ma’ bankina.
Il-mara ġiet meħuda l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li tinsab f’qagħda kritika.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C Scerri Herrera LLD li ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonjiet fuq il-każ.