Il-Prim Imħallef Silvio Camilleri, iddeskriva lill-Imħallef Toni Abela u l-Maġistrat Grazio Mercieca bħala nies ta’ esperjenza kbira fil-prattika legali u t-tagħlim tal-liġi.
Wara ċ-ċerimonja tal-ħatra, il-Prim Imħallef innota l-kompetenza taż-żewġ ġudikanti l-ġodda u qal li jkun ħażin jew wieħed jipprova jirredikola l-ħatra tagħhom minħabba l-passat tagħhom fil-politika.
Saħansitra esprima ċ-ċertezza tiegħu li ż-żewġ ġudikanti ġodda jgħollew ‘l fuq mill-politika partiġjana u sostna li mhux l-ewwel darba li avukati mill-poltika inħatru f’din il-kariga importanti.
Biex imbagħad fuq il-bank tal-ġudikatura dejjem ħadmu mingħajr ebda influwenza politika.
Għamel riflessjoni dwar dak li qal il-Prim Imħallef il-Ministru tal-Ġustizzja, Owen Bonnici.