Heavy Fuel Oil, kontijiet ogħla u qtugħ ta’ dawl ikissru n-negozji
Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-workings tat-Times of Malta jikkonfermaw li bil-pjan tal-Partit Nazzjonalista se jkollna nżommu l-power station tal-BWSC u l-power station taċ-ċumnija (D1) jaħarqu l-Heavy Fuel Oil. Iżda, il-problema għall-Kap tal-Oppożizzjoni hija li qed idaħħal fil-pjan tiegħu power station li sal-aħħar tal-leġislatura mhux se tkun għadha hemm.
B’dak li qed jgħid Simon Busuttil il-politika l-ġdida tiegħu se tkun tax-xemgħat, għax se nispiċċaw b’700 siegħa fis-sena qtugħ ta’ dawl.
Biex jevita dan, il-PN ikollu jerġa’ lura għall-kontijiet tad-dawl u ilma bl-għoli.
Il-pjan tal-enerġija tal-PN ikisser in-negozji għax irid li jreġġa’ l-arloġġ lura, temm jgħid il-Partit Laburista.