Il-President tal-Istati Uniti Barack Obama qal li wara li jtemm it-terminu tiegħu bħala President tal-Istati Uniti, lest li jkun voċiferu jekk jara li l-President il-ġdid Donald Trump qed jhedded il-valuri ewlenin Amerkani.
Kumment mhux mistenni hekk kif ġeneralment presidenti passati jitilqu mix-xena politika u jevitaw li jikkummentaw dwar is-suċċessuri tagħhom. Waqt li kien il-Peru, Obama qal li lest li jassisti lil Donald Trump u jagħtih iż-żmien neċessarju biex ikollu viżjoni ċara.

Żied jgħid li hu wkoll bħala ċittadin privat lest jitkellem fuq numru ta’ kwistjonijiet. ‘Se nirrispetta l-uffiċċju u nagħti ċans lil President elett biex iressaq il-viżjoni tiegħu u l-argumenti– qal Obama. Imma f’każ li hemm theddida fuq il-valuri ewlenin, qal Obama hemmhekk nitkellem.
Obama iddeskriva lilu nnifsu bħala ċittadin Amerikan li jimpurtah ħafna minn pajjiżu.